Ikla tal-għid tal-Imwiet fil-Kjostru tal-Kunvent tal-Patrijiet Dumnikani, il-Birgu 2024
Dawn huma xi attivitajiet li saret matul l-aħħar snin b'ċelebbrazzjoni jew konnessjoni mal-Għid tal-Erwieħ:
2023
2023 Katekeżi dwar ir-ritwal Kattoliku fil-funerali u konferenza dwar l-oriġini u l-iżvilupp taċ-ċimetrju ta' Santa Marija Addolorata. Wara saret l-Ikla tradizzjonali tal-Għid tal-Imwiet fil-kjostru tal- kunvent tad-Dumnikani il-Birgu.
2023 B'Riħ jew Riefnu min hawn irridu nsiefru - Mixja b'arti performattiva b'tema tar-ritwali Maltin li għandhom x'jaqsmu mal-mewt. Saret fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba, Birkirkara f'Ġunju 2023.
2023 Tubru fil-knisja tal-Ġiżwiti
2023Tubru ta' Ħaż-Żabbar
2022
L-Għid tal-Erwieħ 2022 - Ikla Kawlata fil-Każin Banda San Pawl, Ħal Safi organizzata minn Ikel Safi.
L-Għid tal-Erwieħ 2022 - Fil-Kunvent tad-Dumnikani, il-Lunzjata tal-Birgu bil-kolaborazzjoni ma' Heritage Malta.
2021
L-Għid tal-Imwiet 2021 - Karmelitani tal-Imdina
30 ta' Ottubru 2021 :Talb fil-kannierja u tberik tal-oqbra; Ikla fir-refettorju tal-kunvent b'risq ix-xogħol missjunarju tal-karmelitani.
2019
8 ta' Novembru -
Armar tat-Tubru fl-oratorju u talb għas-sufraġju tal-erwieħ.
Quddiesa b'tifkira tal-parroċċani kollha li mietu fl-2019
Ikla tal-Għid tal-Imwiet fil-kunvent b'riżq il-parroċċa.
L-Għid tal-Imwiet 2019 - Karmelitani tal-Imdina
2 ta' Novembru :Talb fil-kannierja u tberik tal-oqbra; Ikla fir-refettorju tal-kunvent b'riżq ix-xogħol missjunarju fil-Bolivja.
L-GĦID TAL-ERWIEĦ fil-Palazz tal-Inkwiżitur
Tradizzjonijiet popolari tal-mewt, l-erwieħ u l-ħajja wara l-mewt, bil-possibilita’ li torqod fl-ambjent suġġestiv tal-ħabs tal-Palazz matul il-lejl.
Il-Ġimgħa l-1el tà Novembru fis-19:30hrs
PROGRAMM
• Ikla tematika tal-Ħanżira tal-Erwieħ (maħluta, ftiet tal-għaża, minestra, majjal il-forn, għadam tal-mejtin, inbid u kafé)
• spjega minn Ġużi Gatt dwar is-sinjifikat ta’ din l-ikla
• kurżitajiet dwar iċ-ċimiterju tal-Addolorata f’għeluq il-150 sena anniversarju tiegħu, tagħrif miġbur minn Eman Bonnici awtur tal-ktieb ‘Iċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolarata: Storja, Arti u Personalitajiet’
Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta kif ukoll onlajn minn
https://shop.heritagemalta.org/index.asp?eventid=619
L-attività ser issir bil-Malti. Dawk li jgħażlu li jibqgħu matul il-lejl iridu jġibu magħom it-tagħmir tal-irqad. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21663731/21827006
Poeżija Plus : lejla ta' riflessjoni fuq il-ħajja u l-mewt. Servut ħelu u xorb : għadam tal-mejtin u l-maħluta.
2018
Għal sena oħra... L-GĦID TAL-ERWIEĦ fil-Palazz tal-Inkwiżitur
Tradizzjonijiet popolari tal-mewt, l-erwieħ u l-ħajja wara l-mewt, bil-possibilita’ li torqod fl-ambjent suġġestiv tal-ħabs tal-Palazz matul il-lejl
Il-Ġimgħa 1tà Novembru fis-19:30hrs
PROGRAMM
• Dr Noel Buttigieg ser jintroduċina għall-quċċija (coccia), riċetta ta’ lejlet l-Għid tal-Erwieħ dokumentata sa mill-1575 li ser ikollna l-opportunita’ li nduqu
• Ikla tematika tal-Ħanżira tal-Erwieħ (maħluta, ftieti tal-għaża, kawlata, majjal il-forn, għadam tal-mejtin, inbid u café)
• wirja ta’ santi tal-mejtin li jibdew mill-bidu tas-seklu 20
Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta kif ukoll online minn
https://shop.heritagemalta.org/index.asp?eventid=486
L-attività ser issir bil-Malti. Dawk li jgħażlu li jibqgħu matul il-lejl iridu jġibu magħomit-tagħmir tal-irqad. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21663731
L-Għid tal-Imwiet mal-Karmelitani fl-Imdina
fit-2 ta' Novembru 2018
Missirijietna kellhom diversi tradizzjonijiet tal-kċina marbuta mal-erwieħ u madwar il-Karmnu tal-Mdina, kemm minħabba l-kannierja, kif ukoll minħabba d-devozzjoni tal-Madonna tal-Karmnu li teħles lill-erwieħ mill-pwieni tal-Purgatorju, għadha ħajja r-rabta u d-devozzjoni lejn l-erwieħ matul is-sena kollha. Din id-devozzjoni tidher fis-Suffraġji li jsiru matul is-sena u fl-espressjoni popolari mħeġġa matul ix-xahar ta’ Novembru. Għaldaqstant din is-sena se niċċelebraw il-festa tal-Għid tal-Imwiet bit-talb fil-Kannierja u l-ikla tas-suffraġju lill-erwieħ fir-refettorju NHAR IT-2 TA’ NOVEMBRU FIS-7.00PM. Bejn bukkun u ieħor, boqqa u oħra ngħixu x-xirka tal-aħwa tal-ħajjin u l-mejtin. Attività organizzata minn Poeżija Plus 2018
https://www.carmelitepriory.org/events_items/ghid-imwiet-2018/
Il-kannierja tal-knisja tal-karmelitani fl-Imdina.
L-Għid tal-Imwiet mad-Dumnikani fil-Belt Valletta
L-Ghid tal-Erwieh ser jigi ccelebrat nhar il-Gimgha 02 ta' Novembru 2018: fis-5.45 p.m. ruzarju, fis-6.15 p.m. Quddiesa Konelebrata fil-Knisja ta' S. Duminku, u wara mmorru fl-Oratorju tas-Ssmu Sgrament ghal ftit talb. L-ikla tradizzjonali tal-Ghid tal-Erwieh ser tkun fic-Centru tat-Taghlim Nisrani hdejn il-kunvent.
Se jkun hemm ukoll għal wiri it-tubru tradizzjonali b'tifkira tal-mejtin.
Poezija Plus: Lejla ta' riflessjoni fuq il-ħajja u l-mewt.
https://m.facebook.com/605636243132919/photos/a.606093033087240/723560041340538/
https://adriangrima.org/2018/10/14/l-ghid-tal-imwiet-id-29-ta-ottubru-2018/
L-Għid tal-Erwieħ fil-każin tal-Banda San Pawl, Ħal SAfi.
L-ikla tal-Ghid tal-Erwieh organizzata mis-sezzjoni Żgħażagħ tal-każin tal-Banda San Pawl Ħal SAfi. L-ikla tikkonsisti f'ikel tradizzjonali għal din il-festa lejliet jum il-mejtin kollha.
2017
Għalfejn jgħidu li l-erwieħ jifirxu s-sarvetta? Qatt smajt bil-borma tal-erwieħ jew bil-ħanżira tal-erwieħ? X’ikun it-tubru li jintrama’ fil-knejjes? L-Għid tal-Erwieħ ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur hi attività oħra mtella’ minn Heritage Malta li matulha se tfakkar tradizzjonijiet popolari tal-mewt, l-erwieħ u l-ħajja wara l-mewt. Din l-attività tinkludi ikla tradizzjonali u tematika magħrufa bħala dik tal-ħanżira tal-erwieħ.
Isem l-ikla oriġina minn drawwa lokali f’din l-okkażjoni fejn il-Maltin kienu jħallu ħanżira tiġri fit-toroq b’qanpiena mdendla ma’ għonqha u wara li tismen tinqatel u tissajjar u titqassam lill-fqar. Il-majjal il-forn huwa l-platt ewlieni ta’ din l-ikla tematika ta’ din l-attivitá. Ġeneralment l-ikla tibda bil-maħluta, li hija xarba ħelwa u qarsa li tissimbolizza l-ferħ u l-imrar tal-ħajja. Se jkun hemm ukoll ħobż mixwi bit-tewm u t-tursin magħruf bħala l-ftieti tal-għaża, il-kawlata kif ukoll l-għadam tal-mejtin, il-ħelu sinonimu ma’ din l-okkażjoni.
Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunitá wkoll jaraw għażla ta’ santi tal-mejtin mid-donazzjoni li reċentament Heritage Malta irċeviet mingħand is-Sur Alfred Calleja. Din il-kollezzjoni tammonta għal eluf ta’ santi, uħud minnhom mill-bidu tas-seklu 20. Fosthom jispikkaw diversi personaġġi minn sferi differenti tal-ħajja. Dawk l-aktar avventurużi se jkollhom ċans jisfidaw il-miti li nħolqu maż-żmien u jqattgħu l-lejl fiċ-ċelel tas-seklu 17 jew f’post suġġestiv ieħor ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur.
Dawk li se jorqdu fil-palazz iridu jaħsbu għat-tagħmir tal-irqad tagħhom. L-Għid tal-Erwieħ se ssir bil-Malti, u l-postijiet huma limitati. L-attivitá se ssir nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru. Il-biljetti, għall-prezz ta’ €30 u €28 għall-membri, jistgħu jinxtraw mill-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta jew online, http://shop.heritagemalta.org/ Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jċempel fuq 21663731 jew iżur il-wesbite tal-aġenzija, jew il-paġna ta’ facebook tal-Palazz tal-Inkwiżitur.
2016
L-GĦID TAL-ERWIEĦ fl-ambjent suġġestiv tal-Palazz tal-Inkwiżitur matul il-lejl
It-tradizzjonijiet tagħna marbuta mal-mewt, l-erwieħ u l-ħajja wara l-mewt.
Il-Ġimgħa 4 tà Novembru fis-19:30hrs
• Rappreżentazzjoni teatrali tan-Newwieħa
• Ikla tematika tal-Ħanżira tal-Erwieħ
(maħluta, ftieti tal-għaża, kawlata, majjal il-forn, għadam tal-mejtin, inbid u café)
• wirja żgħira marbuta mat-tradizzjonijiet funerarji
• riflessjoni letterarja minn Immanuel Mifsud
Min jixtieq jista’ wkoll iqatta’ l-lejl f’waħda miċ-ċellel tas-seklu 17 jew f’post suġġestiv ieħor fil-palazz (it-tagħmir għall-irqad għandu jiġi pprovdut mill-parteċipanti). Postijiet limitati.
Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta
L-attività ser issir bil-Malti u hi mmirata għal udjenza matura. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21663731
Il-kartellun pubbliċitarju fuq l-Internet L-Għid tal-Erwieħ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu 2016.
Il-kartellun pubbliċitarju fuq l-Internet L-Għid tal-Imwiet fil-kunvent tal-Karmelitani l-Imdina. 2016
https://www.carmelitepriory.org/events_items/ghid-imwiet-2/
Novembru jġib miegħu il-festa tal-Qaddisin u l-Mejtin kollha. Ma’ dawn il-festi nħolqu tradizzjonijiet li jesprimu l-fidi tagħna fix-xirka tal-qaddisin u fix-xirka tal-għeżież tagħna li ħallewna u li magħhom aħna nħossuna dejjem marbutin b’rabta li ma tinħallx għax dawn ħallew fuqna marka għal ħajjitna kollha.
Għalhekk l-Għid tal-Imwiet, lil hinn mill-banalità li qed twaqqgħu fiha l-kultura ta’ żmienna bl-eżaltazzjoni tal-makabru, huwa ċelebrazzjoni mimlija ħajr għall-ħajja ta’ dawk li ġew qabilna u radd ta’ ħajr tal-ħajja li aħna qegħdin ngħixu. Waqt li niftakru fl-għeżież mejtin tagħna u niftakru wkoll li aħna resqin hemm fejn diġà waslu huma qabilna, nitgħallmu napprezzaw il-ħajja tagħna għax hu sabiħ li tgħix u kif ngħidu bil-Malti: Ħajja waħda għandna! Barra minnhekk bħala bnedmin ta’ fidi nemmnu u nħossu rabta ħajja ma’ dawn ħutna.
Missirijietna kellhom diversi tradizzjonijiet tal-kċina marbuta mal-erwieħ u madwar il-Karmnu tal-Mdina, kemm minħabba l-kannierja, kif ukoll minħabba d-devozzjoni tal-Madonna tal-Karmnu li teħles lill-erwieħ mill-pwieni tal-Purgatorju, għadha ħajja r-rabta u d-devozzjoni lejn l-erwieħ matul is-sena kollha. Hija nuqqas ta’ sensibilità li dan l-aħħar fit-triq quddiem il-kannierja tagħna mhux biss matul Novembru imma wkoll matul is-sena, jieqfu gruppi ta’ ghost hunts li għalina jonqsu mir-rispett lejn l-għeżież tagħna mistrieħa fis-sliem. Minn hawn nappellaw sabiex il-banalitajiet inħalluhom għal posthom u nuru rispett lejn dan l-imkien imbierek u lejn is-sensibilità reliġjuża tar-reliġjużi u r-residenti li f’dan l-imkien għandhom l-għeżież tagħhom. Min irid jitbaħnan u jkun banali jsib imkejjen oħra fejn jagħmel dan.
Fl-Imdina għad hawn devozzjoni kbira lejn l-erwieħ tal-għeżież mejtin tagħna u din id-devozzjoni tidher fis-Suffraġji li jsiru matul is-sena u fl-espressjoni popolari mħeġġa matul ix-xahar ta’ Novembru b’quddies, ċelebrazzjonijiet ta’ fidi u viżti.
Bħal dejjem, din is-sena se niċċelebraw il-festa tal-Għid tal-Imwiet bit-talb fil-Kannierja u bl-Ikla tas-Suffraġju lill-Erwieħ fir-Refettorju. Bejn bukkun u ieħor, boqqa u oħra ngħixu x-xirka tal-aħwa tal-ħajjin u l-mejtin. Il-qliegħ minn din l-ikla imur għall-karità b’suffraġju tal-Erwieħ. Fost l-għotjiet ta’ karità fis-snin li għaddew ibbenefikat il-missjoni Karmelitana fil-Bolivja u wkoll familja ta’ refuġjati issussidjata mill-Provinċja Karmelitana Maltija billi ngħatat spazju fejn tgħix f’wieħed mill-kunventi tagħna. Din is-sena l-qliegħ imur għall-proġetti soċjali tal-Missjoni Karmelitana fil-Bolivja.
Is-suffraġju tal-erwieħ isir bit-talb, l-aktar il-quddiesa, u l-għoti tal-karità.
Din is-sena l-Ikla tal-Erwieħ issir nhar it-2 ta’ Novembru wara ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u devozzjonali marbutin ma’ dan il-jum għażiż.
05.00pm Rużarju
05.30pm Quddiesa b’suffraġju għall-għeżież mejtin tagħna
06.30pm Proċessjoni bil-kant lejn il-kannierja u ċelebrazzjoni tal-Għasar bit-tberik tal-qobra.
07.15pm Ikla tal-Erwieħ fir-Refettorju
Għaċ-ċelebrazzjoni ta’ talb u quddies kulħadd hu mistieden jieħu sehem. Għall-ikla fi-refettorju huwa meħtieġ li wieħed jirriserva post minn qabel.
GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI U BIEX TIBBUKKJA GĦALL-IKLA IKKUNTATTJANA FUQ INFO@CARMELITEPRIORY.ORG
IL-POSTIJIET HUMA LIMITATI
2015
L-Għid tal-Erwieħ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu 2015
Il-kartellun pubbliċitarju fuq l-Internet L-Għid tal-Imwiet fil-kunvent tal-Karmelitani l-Imdina. 2015
Il-menu tal-ikla tal-Għid tal-Imwiet fir-rafettorju tal-kunvent tal-Karmelitani fl-Imdina2015
2014
Novembru jġib miegħu il-festa tal-Qaddisin u l-Mejtin kollha. Ma’ dawn il-festi, inħolqu tradizzjonijiet li jesprimu l-fidi tagħna fix-xirka tal-qaddisin u fix-xirka tal-għeżież tagħna li ħallewna u li magħhom aħna nħossuna dejjem marbutin b’rabta li ma tinħallx għax dawn ħallew fuqna marka għal ħajjitna kollha.
Għalhekk l-Għid tal-Imwiet lil hinn mill-banalità li qed twaqqgħu fiha l-kultura ta’ żmienna, huwa ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ dawk li ġew qabilna u radd ta’ ħajr tal-ħajja li aħna qegħdin ngħixu. Waqt li niftakru fl-għeżież mejtin tagħna u niftakru wkoll li aħna resqin hemm fejn diġà waslu huma qabilna, nitgħallmu napprezzaw il-ħajja tagħna għax hu sabiħ li tgħix u kif ngħidu bil-Malti: Ħajja waħda għandna!
Missirijietna kellhom diversi tradizzjonijiet tal-kċina marbuta mal-erwieħ u madwar il-Karmnu tal-Mdina, kemm minħabba l-kannierja, kif ukoll minħabba d-devozzjoni tal-Madonna tal-Karmnu li teħles lill-erwieħ mill-pwieni tal-Purgatorju, għadha ħajja r-rabta u d-devozzjoni lejn l-erwieħ matul is-sena kollha. Din id-devozzjoni tidher fis-Suffraġji li jsiru matul is-sena u fl-espressjoni popolari mħeġġa matul ix-xahar ta’ Novembru.
Għaldaqstant din is-sena se niċċelebraw il-festa tal-Għid tal-Imwiet bit-talb fil-Kannierja u l-ikla tas-suffraġju lill-erwieħ fir-refettorju. Bejn bukkun u ieħor, boqqa u oħra ngħixu x-xirka tal-aħwa tal-ħajjin u l-mejtin.
GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI U BIEX TIBBUKKJA GĦALL-IKLA IKKUNTATTJANA FUQ INFO@CARMELITEPRIORY.ORG
IL-POSTIJIET HUMA LIMITATI
QLIEGĦ IMUR B’RISQ IR-RESTAWR TAR-REFETTORJU U L-GĦOTI TAL-KARITÀ B’SUFFRAĠJU GĦALL-ERWIEĦ GĦEŻIEŻ MEJTIN TAGĦNA.
F’Novembru tal-2014 Heritage Malta organizzat attività marbuta mad-drawwiet qodma tal-festa tal-mejtin kollha.
L-ewwel attività hija dik li qed tissejjaħ l-Għid tal-Erwieħ li se ssir fil-31 ta’ Ottubru 2014fil-Palazz tal-Inkwiżitur. L-Għid tal-Erwieħ kien jiġi ċċelebrat f’Malta b’tifkira tal-għeżież mejtin. Dawk li se jipparteċipaw se jesperjenzaw l-ikla kommemorattiva li kienet tikkonsisti fi platt minestra, majjal il-forn u ħelu tradizzjonali magħruf bħala l-Għadam tal-Mejtin (ħelwa magħmula mill-lewż f’forma ta’ għadma).
Din hija festa tradizzjonali ta’ pajjiżna fejn fiha niftakru f’dawk l-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja. Dan ma nagħmluhx b’niket jew sogħba, għalkemm in-nuqqas tagħhom inħossuh, imma bi spirtu ta’ ferħ inġeddu t-tifkira tagħhom. Kull poplu għandu l-mod tiegħu kif jiċċelebra l-festa tal-erwieħ kollha u aħna l-Maltin ma nħossuniex inqas minn ħaddieħor għax f’din l-okkażjoni noħorġu ukoll bl-ispirtu meditarranju tagħna.
Fl-2006, grupp li jsejjaħ lilu nnifsu NIES MINN TAGĦNA beda jqajjem din il-festa qadima billi jagħtiha l-libsa moderna li tixirqilha illum. L-Għid tal-Erwieħ hija festa ferreħija għax hija ċelebrazzjoni tal-passaġġ tal-ħajja lejn il-mewt, tema li nebbhet lil bosta ħassieba u artisti fix-xogħlijiet tagħhom. Hija festa mimlija simboliżmi għal min iħobb jgħarrex għalihom.
Aperittiv: Maħluta bil-larinġ u xorb alkoħoliku
Minestra tal-Erwieħ
Majjal il-forn bil-patata u ħaxix ieħor
Diżerta : Għadam tal-ħelu
Il-festa t-tajba
Fl-2008 Heritage Malta organizzat L-Għid tal-Erwieħ fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu. Idea brillanti u esperjenza unika għal dawk li riedu jiċċelebraw dan il-jum speċjali f'post tant qadim li jixhed storja imqallba ta' nies li sabu ruħhom spiritwalment f'qagħda mwiegħra u fiżikament mhedda.
L-ikla tradizzjonali tal-Għid tal-Erwieħ bil-majjal il-forn, saret f'żewgt ikmamar attrezzati bl-imwejjed biex jilqgħu ħamsin ruħ (ħajjin) f'atmosfera misterjuża li darba kienu mgħammra b'kemm-il ruħ (illum lkoll mejtin) mill-kavallieri 'l hawn.
Esperjenza unika kienet għal dawk li raqdu fil-ħabs tal-palazz, fiċ-ċelel li mal-ħitan tagħhom għad hemm il-grif u t-tinqix ta' ħsiebhom, ta' dinhom u tat-twegħir tagħhom f'dak il-mument iddisprat.
Il-ħajja hija passaġġ. Għandha l-bidu u t-tmiem tagħha imma hija wkoll kontinwa. Dawk li ġew qabilna, firxu d-destin tagħna u aħna illum nifirxu dak għal ta' warajna. Il-ħajja hija wkoll kontinwazzjoni.
Min kien hemm għall-ikla anki jekk ma ntebahx, kien qed jiċċelebra dan iċ-ċiklu tal-ħajja. Bil-ferħ u ċ-ċajt, bl-ikel u x-xorb u bl-espressjoni tagħna l-ħajjin, ġeddidna it-tifkira tal-mejtin li darba kienu qabilna fuq din l-art. U dawn mill-art il-ġdida tagħhom jifirxu s-sarvetta biex mill-ġid tagħna nroddu l-barka t'Alla fuqhom. Il-ferħ tagħna ngħixuh b'tifkira tagħhom....
għall-erwieħ!