Tista' tissejvja dawn il-paġni u tipprintjahom sabiex tpinġihom bil-kuluri.


Xi tagħrif dwar il-Mejda tal-Agape:

Din il-mejda tirrappreżenta t-tifkira u l-imħabba lejn il-mejtin għeżież tagħna.
Il-kelma ‘agape’ għall-insara propju tfisser imħabba tal-Missier Etern.

Din id-drawwa bdiet f’xi skejjel sabiex jgħallmu lit-tfal kif għandhom jiftakru fil-mejtin qrabthom bl-imħabba u bir-rispett. 

Fhiex tikkonsisti din il-Mejda tal-Agape?
Fuq mejda ċkejkna jitpoġġew ritratti jew santi tal-mejtin, fanal (rappreżentattiv tal-ħajja wara l-mewt u li għal raġunijiet ta’ sigurtà l-aħjar ma jinxtegħelx) u ma’ dawn fuq il-mejda jitqiegħed ukoll xi ikel li jinxtara jew li jkun magħmul mit-tfal stess. Dan l-ikel jista’ jkun ta’ kull xorta li jħobbu t-tfal u li imbagħad jaqsmuh ma’ xulxin b’ġest ta’ solidarjetà. Huma jkun inkuraġġiti minn adult biex isemmu lill-għeżież qraba tagħhom u joffru din iċ-ċelebrazzjoni għall-erwieħ tal-mejtin fil-purgatorju. Qabel titlesta l-mejda tal-agape, it-tfal ikun mħeġġin jiktbu jew ipenġu xi ħaġa pożittiva li tfakkarhom fl-għeżież qraba mejtin tagħhom. Il-karti jintwew u jitpoġġew f’qoffina fuq il-mejda, imbagħad kull tifel u tifla jieħdu l-karta tagħhom meta jkun imisshom. Jiftħu l-karta u jaqrawha. Flok karti jistgħu ukoll jitqiegħdu oġġetti (ta’ daqs żgħir naturalment li joqogħdu fuq il-mejda) bħal xi keychain, ktieb, pupu eċċ u jgħidu fhiex ifakkarhom b’konnessjoni mal-għażiż mejjet.